Futbol Sport

Floriana miżmuma minn Mosta

Matthias Mizzi

Mosta ……………………………1
Floriana …………………………1

Mosta: M. Jovicic, R. Briffa, C. Faila, T. Farrugia, I. Doric (73’ L. Igbineweka), M. Hetemaj (46’ W. Donkin), L. Riascos, R. Morisco, Z. Brincat (87’ N. Agius), S. Akinbule, R. Ekani.

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (77’ M. Veselji), C. Rutjens, Z. Cassar, J. Arias (64’ J. Busuttil), A. Ciolacu (77’ A. Garzia), N. Garcia, B. Paiber, E. Callegari, E. Rebenja (64’ A. Casres), R. Camenzuli (64’ D. Agius).


Imwissija:
16’ M. Hetemaj, 39’ R. Ekani, 50’ C. Rutjens, 71’ A. Caseres, 78’ M. Vessilji

Skorjaw: 21’ A. Ciolacu (MST)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees:  Jurgen Spiteri & Thomas Debono

Raba’ Uffiċjal: Matthew De Gabriele

BOV Plejer tal-Logħba: Andrei Ciolacu (FLR)

F’partita bbilanċjata u missielta miż-żewġ naħat Mosta kisbu draw prestiġġjuż kontra Floriana, li sa qabel dan il-konfront kienu qed jokkupaw it-tielet post fil-klassifika. Min-naħa l-oħra Mosta kienu ġejjin minn draw ieħor kontra St. Lucia.

L-ewwel ma marru minn fuq kienu Floriana li fil-21 minuta l-plejer tal-partita Andrei Cioalacu għeleb għalkollox lil gowler. Minbarra dan il-gowl, Floriana kienu aktar dixxiplinati u għarfu aktar jiddefendu f’din it-taqsima.

Fit-tieni taqsima Mosta ħarġu aktar grintużi li jakkwistaw xi punti minn dal-konfront tant li fil-51 minuta huma kienu sfortunati li jiksbu d-dro kmieni wara li d-difiża Furjaniża leħħiet l-ballun minn fuq il-linja. Reazzjoni għal dan, erba’ minuti wara Ryan Camenzuli tela’ b’ġirja veloċi u ttanta xortih mill-bogħod iżda l-konklużjoni tiegħu kienet waħda għolja. Mosta kellhom jistennew sat-83 minuta biex skurjaw il-gowl tad-draw permezz ta’ xutt stupend minn Rafael Morisco. B’Mosta sodisfatti bil-punt filwaqt li Floriana delużi li ma rnexxilhomx jiskbu rebħa oħra li tħallihom ma’ ta’ fuq fil-klassifika, fi tmiem il-ġimgħa li ġej Mosta jiltaqgħu ma’ Sliema filwaqt li Floriana jilagħbu kontra Gżira United.