Futbol Sport

Ħamrun Spartans jirritornaw għar-rebħ

Gudja U…………….1

Ħamrun S…………3

Gudja U.: G. Zammit, L. Beland, A. Friggieri, R. Soares, L. Cremona, G. Mensah (J. Dibola 64′), H. Vella, F. Romero, J. Grioli, T. Abdul (T. Gusman 86′), M. Dias (N. Micallef 67′)

Ħamrun S.: P. Sanchez (M. Debono 83′), D. Gojkovic, M. Guillaumier, J. Mbong, A. Oyama, L. Gambin (F. Sasere 71′), J. Corbolan (C. Mercieca 80′), K. Micallef, I. Ntow, E. Marcelina (S. Xerri 82′), F. El Bakhtaoui

Referee: T. Farrugia Cann

Assistenti Referees: L. Portelli, S. Calleja

Ħamrun Spartans irritornaw għar-rebħ wara t-telfa kontra Gżira United meta għelbu lil Gudja United 3-1. Minkejja li ma kinitx prestazzjoni mill-aqwa mit-tim ta’ Mark Buttigieg Ħamrun xorta rnexxielhom jiksbu tliet punti importanti fejn spikka l-attakkant Marokkin Faissal El Bakhtaoui.

Kienu Gudja li kellhom l-ewwel azzjoni ta’ nota meta kien Gabriel Mesah li sab lil Temitope Abdul li ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra. Ħamrun irrispondew fil-25 minuta permezz ta’ Arthur Oyama bil-konklużjoni tiegħu tgħaddi barra wkoll.

Il-goalkeeper ta’ Ħamrun kien strumentali fid-29 minuta meta salva b’mod spettakolari x-xutt ta’ Gabriel Mensah. Ħamrun, fetħu l-iskor ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, meta minn pass ta’ Oyama kien Faissal El Bakhtaoui li kkonkluda għal 1-0. Fit-tieni taqsima, Ħamrun irduppjaw fil-65 minuta meta reġa kien El Bakhtaoui li twaqqa fil-kaxxa minn Rodolfo Soares bir-referee jordna penalty.

Minn ħdax-il metru kien Oyama li ma żbaljax għal 2-0. Ħamrun aċċertaw mit-tlet punti fis-77 minuta meta kien ix-xutt ta’ El Bahktaoui li ra x-xutt tiegħu kien devjat minn Romero għal wara Zammit. Gudja daħlu fil-partita fil-85 minuta meta kien Aidan Friggieri li naqqas l-iskor għal skor finali ta’ 3-1.