Lokali

It-tfal tal-iskola primarja tal-Kalkara jiċċelebraw Jum il-Missjoni

It-tfal tal-iskola primarja tal-Kalkara, ingħaqdu fiċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Missjoni.

Bl-għajnuna tal-għalliema tagħhom, dawn it-tfal tellgħu żifna mad-diska We Are The World – kanzunetta li twassal messaġġ li aħna lkoll, kull wieħed u waħda minnha, huwa iben dinja waħda u kull wieħed jista jagħmel il-parti tiegħu ghal dinja aħjar.

B’mod partikolari dan il-messaġġ jieħu sinnifikat akbar fil-ġurnata ddedikata lill-missjoni u lil dawk kollha li joffru ħinhom biex jgħinu f’dan il-qasam.

Propju għal dan il-għan, MissioMalta kompliet bix-xogħol tagħha li teduka lit-tfal Maltin u tgħallimhom aktar dwar kulturi u ġnus differenti li jiffurmaw din id-dinja tagħna.

Il-ko-ordinatriċi ta’ Missiotfal it-taqsima taż-żgħar fi hdan MissioMalta, Nancy Camileri mexxiet attività li tgħin lit-tfal jiskopru kulturi ġodda, fejn għamlu lanterni ċiniżi, simbolu ta’ kultura differenti minn tagħna.

Nancy Camilleri tkellmet ma’ Net News dwar ix-xogħol tal-Missio u spjegat kif din is-sena qed jinġabru fondi għal persuni mi l-Kambodja.

Jum il-Missjoni jitfakkar għada il-Hadd 24 ta’ Ottubru.