Futbol Sport

It-tim Malti ta’ taħt id-19 -il sena tan-nisa megħluba mir-Rumanija

(Ritratt: Stephen Gatt/ MFA)

Malta……………………….2

Rumanija…………………5

Malta: G. D’Antuono, T. Falzon, K. Willis, M. Lucia, M. Fenech, A. Gatt, R. Borg, I. Farrugia, Y. Carella, M. Cardona, V. Mifsud

Rumanija: S. Campean, I. Sigheartau, N. Vincze, C. Botojel, S. Bumbar, I. Balanceanu, T. Pinzariu, R. Mirea, F. Iancu, A. Cristina Borodi, E. Frincu

Referee: V. De Kremer

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt id-19-il sena kien megħlub 5-2 mir-Rumanija f’partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej. Minkejja dan ir-riżultat, it-tim Malti kellu prestazzjoni pożittiva fejn irnexxielhom ukoll jiskrojaw żewġ gowls.

Ir-Rumanija marru fil-vantaġġ wara biss sitt minuti meta kienet Sonia Maria Bumbar li fetħet l-iskor. Ir-Rumeni rduppjaw fl-14-il minuta permezz ta’ penalty ta’ Cristina Botojel. It-tielet gowl wasal man-nofsiegħa logħob permezz ta Iono Balanceanu. It-tim Malti naqqas l-iskor ftit qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Kailey Willis.

Fit-tieni taqsima, ir-Rumeni komplew jattakkar u skorjaw darbtejn oħra fit-48 u fil-51 minuta permezz ta’ Adina Borodi u Elena Frincu. It-tien gowl tal-maltin wasal ħames minuti mit-tmiem permezz ta’ Izabella Camilleri.