Lokali

Iweġġa gravi wara waqgħa f’sit ta’ kostruzzjoni fin-Naxxar

Raġel mill-Għana, residenti Raħal Ġdid, kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem fin-Naxxar.

Il-każ seħħ fid-disgħa u nofs tas-Sibt filgħodu f’sit ta’ kostruzzjoni fi Triq l-Ifran fejn minnufih l-vittma ta’ 37 sena ġie mgħejun minn tim mediku tal-ambulanzi li kien msejjaħ fil-post.

Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.