Żagħżugħ mill-Pietà kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ minn fuq is-serkin il-Ħadd waranofsinhar.
Il-każ seħħ fil-Korsa l-Antika tal-Marsa għall-ħabta tat-tlieta ta’ waranofsinhar meta il-kuċċier ta’ 28 sena waqa’ waqt tiġrija.
Aktar tard hu ġie ċċertifikat li ndarab serjament.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>