Futbol Sport

Milan fl-ewwel post b’rebħa missielta fuq Bologna

(Ritratt: EPA)

Milan kisbu rebħa missielta ta’ 4-2 kontra Bologna utelgħu momentarjament fl-ewwel post, b’Bologna jispiċċaw il-partita b’disa’ t’iplejers. Huma fetħu l-iskor fis-16-il minuta meta minn pass ta’ Zlatan Ibrahimovic kien Rafael Leao, li ra l-konklużjoni tiegħu devjata għal ġewwa. Erba’ minuti wara Bologna spiċċaw b’10 plejers meta tkeċċa d-difensur Adama Soumaro għal foul Rade Krunic. Fil-35 minuta Milan rdoppjaw permezz ta’ xutt b’saħħtu ta’ Davide Calabria.

Minkejja li daħlu b’żewġ gowls żvantaġġ u b’raġel inqas, Bologna wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima, fejn fid-49 minuta huma naqqsu d-distakk wara li Zlatan Ibrahimovic tefa’ fil-lasta tiegħu stess minn corner. Tliet minuti wara Bologna kisbu dak li ħasbu kien se jkun il-gowl tad-draw meta minn cross ta’ Roberto Soriano kien Musa Barrow li skorja għal 2-2. Fit-58 minuta Bologna jispiċċaw b’disa’ plejers hekk kif tkeċċa Roberto Soriano. Biex fl-84 minuta kien Ismael Bennacer li b’xutt b’saħħtu ikkonkluda fil-lasta għal 3-2. Milan żiedu r-raba’ gowl fid-90 minuta meta minn pass ta’ Bennacer kien Zlatan Ibrahimovic li b’xutt bid-dawra sab l-anglu tax-xibka għal skor finali ta’ 4-2.

SERIE A

Illum: Salernitana v Empoli 2-4,Sassuolo v Venezia 3-1, Bologna v Milan 2-4 Għada: Atalanta v Udinese 12.30pm, Verona v Lazio 3.00pm, Fiorentina v Cagliari 3.00pm, Roma v Napoli 6.00pm, Inter v Juventus 8.45pm