Futbol Sport

Wirja dominanti minn Żebbuġ

Chris Cassar

SENGLEA A. …………………….. 0

ŻEBBUĠ R. ………………………. 3

Senglea A: M. Falzon, L. Mallia, M. Zarb, A. Tenorio, D. Claridge, R. Dalli, C. Buttigieg, O. Magro, L. Mancuso, N. Grech, K. Vella.

Żebbuġ R: J. Azzopardi, S. Bugeja, T. Bartolo, A. Mizzi, Y. Tonna, M. Perez, S. Diacono, R. Vella, J. Sciberras, S. Miloskovic, G. Gesualdi.

Referee: Ishmael Barbara

Żebbuġ Rangers kisbu t-tieni rebħa konsekuttiva meta b’wirja dominanti għelbu lil Senglea 3-0. Żebbuġ kellhom prestazzjoni oħra tajba wara s-suċċess kontra Swieqi u wara li kisbu vantaġġ bikri iddominaw għal kollox lill-avversarji anki jekk kellhom jistennew sal-aħħar kwarta biex jagħlqu l-logħba.

Żebbuġ kellhom bidu mill-aqwa fejn marru minn fuq fir-raba’ minuta b’gowl sabiħ ta’ Shalon Diacono bil-ballun jispiċċa fir-rokna ta’ fuq tax-xibka. Ir-risposta ta’ Senglea fis-16-il minuta bix-xutt ta’ Tenorio jaħbat mal-lasta.

Wara din l-azzjoni kienu Żebbuġ li attakkaw għal ħinijiet twal iżda ma kienux kapaċi jkabbru l-iskor. Fit-33 minuta ċans tajjeb f’saqajn Mizzi iżda Falzon salva tajjeb biex minuta wara Tenorio pprova rovexxata spettakolari iżda l-ballun mar ftit għoli għal-lasta ta’ Żebbuġ.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Żebbuġ fallew ċans tadd-deheb meta Travis Bartolo minn taħt il-lasta għamel l-impossibli u xeħet għoli. F’din it-taqsima Senglea bdew juru sinjali ta’ reazzjoni iżda kienu Żebbuġ li fallew diversi ċansijiet sakemm kwarta mit-tmiem kien Shalon Diacono li skorja t-tieni gowl tiegħu b’azzjoni personali.

Fit-80 minuta Perez li kellu wkoll logħba tajba, skorja t-tielet gowl b’xutt fil-baxx wara ġirja tajba.