Sport Sport Ieħor

Argo b’rekords ġodda fir-Rolex Middle Sea Race

(Ritratt: Rolex Middle Sea Race / Kurt Arrigo)

Jason Carroll flimkien mal-crew ta’ MOD70 Argo kisru żewġ rekords fir-Rolex Middle Sea Race kemm fil-mulithill kif ukoll ir-rekord tat-tellieqa. Il-crew ta’Argo kiseb ħin ta’ 20 sija, 39 minuta u 28 sekonda biex kiser ir-rekords ta’ Giovanni Soldini fil-multihill li kien kiseb ħin ta’ 56 sija, 31minuta u 31 sekonda, kif ukoll ir-rekord ta’ George Daivd fil-ħin tat-tellieqa, fejn kien kiseb ħin ta’ 47 sija, 55 minuta u 3 sekondi.

It-tim mill-Istati Uniti rnexxielu jiddomina matul il-korsa kollha filwaqt li ġab fix-xejn ir-rekords preċedenti f’din it-tellieqa prestiġjuża. Argo kiseb il-vantaġġ ftit wara Favignana, li tinsab fil-punent ta’ Sqallija, biex żamm lill-kompetituri Maserati Multi 70 kif ukoll Mana warajh.