Lokali

“Bidla b’viżjoni li tippremja lil kulħadd”

“Id-diskors ta’ Bernard Grech kien stqarrija ta’ viżjoni li tqanqal fiduċja li verament tista’ ssir bidla permezz tal-Partit Nazzjonalista”

Hekk sostnew il-Kandidata għall-Elezzjoni Ġenerali li jmiss f’isem il-Partit Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici kif ukoll Deputat u Kandidat Ryan Callus meta indirizzaw l-attività politika fin-Naxxar.

Fid-diskors tagħha, Paula Mifsud Bonnici tkellmet dwar kif fil-baġit intesew diversi affarijiet u setturi importanti fosthom il-kwistjoni tal-għoli tal-ħajja li qed taffettwa lil diversi familji u individwi bil-konsegwenza li akatar persuni qed jispiċċaw f’riskju ta’ faqar.

CLIP

Paula Mifsud Bonnici saħqet li kien Gvern Nazzjonalista li dejjem ħaseb għal kulħadd u fosthom għall-anzjani li ra li dejjem ħadu l-pensjoni sħiħa… u hekk se jkompli jagħmel.

Minn naħa tiegħu, id-Deputatu Nazzjonalista Ryan Callus qal li minkejja li Robert Abela saħaq li qed jiġu kumpaniji jinvestu f’pajjiżna, ma qalx min huma u fejnhom….TheShiftnews żvelat li minn meta Malta ġiet greylisted, 45 kumpanija, jew aħjar 3 kumpaniji fil-ġimgħa, fis-settur finanzjarju zarmaw minn Malta.

Ryan Callus tkellem ukoll dwar kif f’survey li sar juri li madwar 70% taż-żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna.

CLIP

Huwa bagħat ukoll messaġġ liż-żgħażagħ, li huma l-futur ta’ Malta u Għawdex fejn qalilhom li jridu jagħmlu deċiżjoni responsabbli u jħarsu fost l-oħrajn lejn il-fatt li vot lill-Partit Nazzjonalista biss jista’ jerġa’ jagħti futur liż-żgħażagħ tagħna.

Tags