Lokali

COVID-19: 12-il każ ġdid

Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 12-il każ ġdid ta’ Covid-19 f’pajjiżna, filwaqt li fortunatament, ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-pandemija.

Dan ħareġ mill-istatistika ppubblikata mill-Ministeru tas-Saħħa fuq Facebook, fejn kien spjegat li 21 persuna oħra qed titqies bħala imfejqa.

Dan meta, fl-aħħar xhur, il-Gvern beda jqis bħala awtomatikament imfejqa lil dawk li jkunu ilhom ġimgħatejn li rriżultaw pożittivi u mingħajr il-ħtieġa ta’ swab test. B’hekk, il-każi attivi issa niżlu għal 227, filwaqt li l-ammont ta’ vittmi baqa’ 460.

Fortunatament ukoll, fl-aħħar sigħat jirriżulta li persuna oħra ħarġet mill-Isptar Mater Dei, fejn kienet qed tingħata l-kura minħabba l-virus. Dan hekk kif l-għadd ta’ persuni fl-Isptar issa niżel għal 12, iżda l-ammont ta’ persuni li qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tela’ għal erba’