Sport Sport Ieħor

Crack Du Tillet u Romanesque jispikkaw fit-tiġrijiet Premier

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa kienu magħrufa l-finalisti tal-kampjonat Jonnie Walker għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan wara li saru t-tliet semifinali fuq distanza ta’ 2140m u li minnhom tnax -il żiemel għaddew għall-finali. Dawn it-tiġrijiet ghamlu parti mit-33 laqgħa tal-istaġun fuq ħdax -il tiġrija kollha għal żwiemel tat-trott. Il-programm inkluda wkoll żewġ tiġrijiet normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħu minn Crack Du Tillet u Romanesque.

Tlettax -il żiemel ħadu sehem fl-ewwel tiġrija Premier. Hawnhekk kien Rodney Gatt b’Capitole Meslois l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u fl-ewwel metri fetaħ vantaġġ żgħir minn Faust Boko (Jesmar Gafa’) u Crack Du Tillet (Andrew Farrugia). Iżda 600m mit-tmiem iż-żiemel ta’ Gatt beda jnaqqas mill-pass u dlonk inqabeż minn numru ta’ żwiemel. Eventwalment kien Crack Du Tillet li mar quddiem fid-dritta finali biex ħa l-ewwel rebħa f’Malta faċilment b’żewġ tulijiet minn Capitaine France (Michael Axisa) u Onceforall Face (Michael Ellul). Faust Boko kellu jikkuntenta bir-raba’ post. 

Fit-tieni waħda tal-aqwa klassi, Jesmar Gafa’ talab lil Romanesque biex jibda jżid fil-ġiri fuq in-naħa ta’ barra dawra mit-tmiem. Dan iz-żiemel Franciz ma fallix milli jieħu t-tieni rebħa f’Malta u tas-sena minn Vertige De Chenu (Charles Camilleri). Alf De Melandre (Rodney Gatt) u Andante (Cherise Farrugia) kellhom ukoll pjazzament pożittiv meta spiċċaw warajhom f’dik l-ordni.

L-ewwel semifinali tal-klassi Gold rat lil Alixan (Cliferty Calleja) jiehu t-tieni rebħa fi xtutna wara li fl-aħħar metri qabeż lil Vangiskan Scott (Brian Zammit) u Appreciated (Charles Magro). Taqtiegħa bejn tliet żwiemel fl-aħħar metri tat-tieni semifinali Gold waslet biex Xceed G.T. (Redent Magro) jiehu t-tieni rebħa nfila u f’Malta bi ftit minn Global Oracle (Paul Galea) u Cazaubon Dairpet (Noel Baldacchino).

It-tielet u l-aħħar semifinali kienet ikkaratterizzata minn tmiem inċert bejn Avenir d’Or (Cherise Farrugia) u Charming Soldier (Noel Baldacchino). Kien tal-ewwel li akkwista r-raba’ rebha staġjonali b’Abricot Du Bugey (Chris Vassallo) u Brin De Noblesse (Tony Tanti) ikunu l-ahhar żewġ żwiemel li jagħmluha ghall-finali.  

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Optimus M.M. (J. Attard) Ġin – 2.41.6” (1.15.5”) 2. Flash Du Rabutin (C. Camilleri) 3. Khali Magdalon (Ch. Gauci) 4. Cadumroc (T. Demanuele)

II Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Elvis Des Pignes (A. Cassar) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Cyrius Rose (T. Cauchi) 3. Falcon Du Hamel (M. Attard) 4. Cupidon De Bassard (S. Cassar)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Rose Lloyd (D. Farrugia) Ħin – 2.43” (1.16.2”) 2. Drole De Destin (J. Said) 3. Vaillant Marceaux (R. Gatt)  4. Diego Jyl (J. Zahra)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2140m. 1. Global Taxevation (P. Galea) Ħin – 2.45.7” (1.17.4”) 2. True Wise As (J. Briffa) 3. Dicsou Montaval (N. Barbara) 4. Bellagio Bond (T. Demanuele)

V Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Cathy De La Rouvre (R. Magro) Ħin – 3.21.7” (1.16.4”) 2. Whataboutyouzaz (C. Camilleri) 3. Belmann (R. Gatt) 4. Mooney (J. Gafa’) 

VI Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Crack Du Tillet (A. Farrugia) Ħin – 3.23.2” (1.17”) 2. Capitaine France (M. Axisa) 3. Onceforall Face (M. Ellul) 4. Faust Boko (J. Gafa’)

VII Tiġrija. Semifinali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Alixan (C. Calleja) Ħin – 2.39.2” (1.14.4”) 2. Vangiskan Scott (B. Zammit) 3. Appreciated (Ch. Magro) 4. Janske (C. Camilleri)

VIII Tiġrija. Semifinali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Xceed G.T. (R. Magro) Ħin – 2.42.3” (1.15.9”) 2. Global Oracle (P. Galea) 3. Cazaubon Dairpet (N. Baldacchino) 4. Bajazet (M. Mizzi)

IX Tiġrija. Semifinali Kampjonat Johnnie Walker. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Avenir d’Or (Cherise Farrugia) Ħin – 2.42.5” (1.16”) 2. Charming Soldier (N. Baldacchino) 3. Abricot Du Bugey (Ch. Vassallo) 4. Brin De Noblesse (T. Tanti)

X TiĠrija. Klassi Premier. Dist- 2640m. 1. Romanesque (J. Gafa’) Hin – Romanesque (J. Gafa’) Ħin – 3.19.8” (1.15.7”) 2. Vertige De Chenu (C. Camilleri) 3. Alf De Melandre (R. Gatt) 4. Andante (Cherise Farrugia)

XI -il TiĠrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Connecticut (J.C. Pace) Ħin – 3.21.9” (1.16.5”) 2. Bijou D’Aure (C. Camilleri) 3. Banco De Madker (S. Schembri) 4. Uranus Tepol (Ch. Cassar)