Futbol Sport

David Beckham b’kuntratt ta’ £150 miljun bħala ambaxxatur tal-Qatar

Rapporti fil-media Ingliża qed jindikaw li David Beckham iffirma kuntratt ta’ £150 miljun bħala ambaxxatur tal-Qatar għall-għaxar snin li ġejjin. Hu se jkun il-wiċċ tat-Tazza tad-Dinja tal-Qatar tal-2022, filwaqt li se jieħu sehem f’kampanji biex jippromwovi it-turiżmu u l-kultura f’dan il-pajjiż.

Intant, kienu bosta li kkritikaw dan il-ftehim ta’ Beckham mal-Qatar, minħabba n-nuqqas ta’ drittijiet umani li hu assoċjat magħhom il-pajjiż, partikolarment lejn il-komunita LGBTIQ+.

Minkejja dan, rappreżentanti ta’ Beckham saħqu li hu jinsab ħerqan biex jingħaqad mal-kumplament tal-komunita’ tal-futbol fil-Qatar, filwaqt li qalu li Beckham jemmen li l-futbol huwa mezz ta’ kif isir il-ġid fis-soċjeta’.