Lokali

“Ejjew flimkien niktbu l-ġejjieni li rridu ngħixu” – Bernard Grech

“Kunu intom il-bidla, wessgħu l-ambizzjonijiet tagħkom u ta’ pajjiżna… nibnu Malta li taħdem għal kulħadd… fasslu flimkien magħna l-ġejjieni li tridu tgħixu… bidla li twelled Malta fejn kulħadd iwettaq il-ħolm tiegħu.

Kien dan il-qofol tal-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta kien qed jindirizza attività politika fin-Naxxar bit-tema ‘Bidla b’Viżjoni’.

Bernard Grech qal li qed naraw sureys li qed juru li sfortunatament dan il-Gvern iddisinja Malta li m’għadhiex aktar attraenti. Iżda kien Il-Partit Nazzjonalista li fetaħ beraħ il-bibien tal-edukazzjoni u welled l-MCAST u saħħaha biex jagħti opportunitajiet liż-żgħażagħ sabiex kulħadd jasal.

Huwa qal li t-tħassib ta’ diversi żgħażagħ huwa li n-nies qed jaslu għax jafu lin-nies u mhux għax vera qed jaħdmu u jistinkaw.

“Intkom tridu tkun il-bidla għax intom tafu x’mhux jahħem f’dan il pajjiż. Intom tridu tbiddlu dak li mhux qiegħed jaħdem”.

Huwa qal li l-Partit Labrusita huwa partit tal-arja, bi ħsieb li jaf kollox. Għalhekk huwa l-PN li jrid jibqa’ jkun realistiku, għax min huwa onest u ġenwin jista’ vermanent iħoss x’qed iħossu n-nies f’qalbhom u fi djarhom.

Bernard Grech qal li l-Prim Ministru għamel diskors ta’ sagħtejn li fih ħares biss lura. Illum in-nies iridu jħarsu biss ‘il quddiem… iridu lil xi ħadd li jistgħu jafdawh u mhux jidħak bihom.

“Aħna se nkun l Gvern ta’ għada u l-Oppożizzjoni tal-bieraħ.”

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern li ta’ kuljum qed iberbaq il-flus. Għalhekk wasal iż-żmien li jkollna Gvern li huwa bilgħaqal, fejn il-politiċi jużaw il-flus għall-aħjar ġid tal-pajjiżna.

Bernard Grech qal li dan il-pajjiż għandu bżonn bidla… bidla b’viżjoni, ambjent fejn it-tfal tagħna jistgħu jikbru. Pajjiż li jkun sabiħ kemm minn barra kif ukoll minn ġewwa. Huwa qal li ma nistgħux nibqgħu naduraw il-flus… għandna bżonn pajjiż li jkollu ġustizzja fil-Qrati u tingħata iktar importanza lill-valuri… li tkun solidali ma’ ħaddieħor…. valuri li l-flus iwarrbu.

Il-Kap tal-PN qal li din hija t-traġedja ta’ żmienna…. li ż-żgħażagħ iridu jitilqu minn pajjiżna. Huwa qal li huwa jrid jibni futur għall-Maltin u l-Għadwin kollha.

Bernard Grech qal li Gvern Laburista ma ħoloq ebda settur ġdid ħlief il-bejgh tal-passaporti… bejgħ li qed isir bil-qerq u bi ksur tal-principji Ewropej. Huwa fakkar kif il-Gvern għamel il-kuntratt tal-vitals fejn intrabat li jagħti aktar minn elf miljun ewro lil operatur barrani li m’għandu l-ebda obbligu li jagħti servizz aħjar liċ-ċittadin Malti.

“L-għażla tagħna huma l-ħaddiema, il-familji, iż-żgħażagħ, l-anzjani”

Bernard Grech qal Gvern ġdid Nazzjonalsita se jimbotta il-bidla bl-ideat. bidla b’viżjoni għal dak li qed titlobna Malta… dak li qed jitolbuna l-familji u ż-żgħażagh.

“Ejja maghna int ukoll, kun int ukoll parti mill-bidla. Iva, flimkien nistgħu nirnexxu, Iva, flimkien nistgħu nwettqu l-bida b’viżjoni li pajjiżna ghandu bżonn bħalissa. Aħna se nkunu Gvern li jemmen f’dal-poplu bieżel u f’din l-art sabiħa li rridu nsebbħuha aktar kemm fl-art kif ukoll fl-isem tagħha mal-popli tad-dinja.”