Sport Sport Ieħor

Fabio Quartararo jirbaħ il-kampjonat tal-MotoGp

(Ritratt: EPA)

Fabio Quartararo rebaħ it-titlu tal-MotoGp għall-istaġun 2021 wara li Francesco Bagnaia ma rnexxielux jtemm il-Grand Prix ta’ Emilia Romagna, bit-tellieqa tintrebaħ minn Marc Marquez. Bagnaia kellu bżonn jikseb tliet punti aktar minn Qauaratararo biex iżomm it-tamiet li jirbaħ il-kampjonat ħajjin, iżda it-Taljan ħabat lejn tmiem it-tellieqa.

Fit-tieni post, wara Marquez temm Pol Espargaro segwit mit-Taljan Enea Bastianini fit-tielet post. Fabio Quartararo temm fir-raba’ post li kien biżejjed biex aċċerta mir-rebħ tal-kampjonat. Fil-ħames post temm Johann Zarco, bl-Ispanjol Alex Rins jtemm fis-sitt post, segwit minn Aleix Espargaro fis-seba’ post. Maverick Vinales daħal fit-tmien post sewgit minn Luca Marini fid-disa’ post. Valentino Rossi temm fl-għaxar post f’waħda mill-aħħar Grand Prix tiegħu, hekk kif se jkun qed jirtira fi tmiem dan l-sitaġun.