Lokali

“Għawdex ġie imwarrab fil-pjan tal-Metro”

Huwa evidenti li Għawdex u l-Għawdxin ġew minsija mill-Gvern. Il-proġett tal-metro ħalliena barra kompletament.

Huwa dan il-ħsieb komuni li ġie espress minn diversi Sindki u kunsillieri li fl-aħħar jiem qasmu l-ħsibijiet tagħhom mal-gażżetta Malta Independent on Sunday…b’oħrajn jistqarru ma’ Net News li dan il-proġett maġġurri huwa konferma li għall-Gvern Għawdex mhux importanti – kuntrast ċar mal-proposta tal-metro li kien preżenta l-PN fl-2017 u li effettivament kienet tgħaqqad lil Għawdex ma’ Malta b’linja ta’ metro bejn iz-żewġ gżejjer.

Mal-Independent, il-President tar-Reġjun Samuel Azzopardi stqarr li dan il-proġett li se jiswa lill-poplu Malti madwar 6.2 biljun ewro għandu bla dubju ta’ xejn jinkludi lil Għawdex.

Azzopardi stqarr, li għalkemm hemm ħsibijiet diverġenti fuq l-idea tal-mina…. il-Kunsill Reġjonali kien unanimu fuq il-bżonn li l-metro għandha tinkludi lil Għawdex bħala parti min-network nazzjonali.

Samuel Azzopardi irrimarka fuq l-ineffiċenza tal-metro…għaliex l-uniku nies li se jibbenefikaw min dan il-proġett huma n-nies fil-Lvant ta’ Malta biss.

L-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu ta’ Għawdex ukoll iddikjarat illi hu importanti li Għawdex ikun parti min dan il-proġett. Iżda skont il-Ministru Ian Borg … jekk isir hekk, il-proġett ma’ jkunx vijabbli.

Diversi Għawdxin li tkellmu ma’ dan l-istazzjon qalulna li din hija prova oħra kemm il-Prim Ministru huwa tassew onest fi kliemu…meta kontinwament qed jinjora lill-gżira Għawdxija.