Futbol Sport

Hibernians u Valletta jaqsmu l-punti f’partita missielta

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Hibernians …………….. 1

Valletta ………………….. 1

Hibernians: I.Kone, L.Almeida (B.Ihuomah 58′), R.Dos Anjos, J.Grech (A.Attard 90′), J.Degabriele, B.Kristensen, D.Vella, A.Thaylor (M.Francis 93′), A.Agius, G.Artiles, W.Domoraud

Valletta: A.Guarnone, J.Borg, R.Camilleri, T.Caruana, J.Arthur, H.Dilaver, I.Curjuric, R.Muscat (S.Dimech 75′), E.Sala, M.Fontanella, K.Tulimieri (L.Campos 67′)

Referee: M.Degabriele

Assistenti Referees: J.Spiteri, M.Scerri

Fit-Tony Bezzina Stadium Hibernians u Valletta temmew fi draw ta’ 1-1, f’partita missielta bejn iż-żewġ timijiet.

Iż-żewġ timijiet ħarġu fuq l-offensiva bl-ewwel minuti jintlagħbu b’ritmu mgħaġġel. Hibernians kienu viċin il-gowl fis-6 minuta meta wara azzjoni personali kien Raphael Dos Anjos li ra x-xutt tiegħu slavat minn Guarnone, mejjun mil-lasta. Biex mill-azzjoni ta’ wara, Jurgen Degabriele ra l-konklużjoni tiegħu tgħaddi ftit barra. Fl-14-il minuta reazzjoni minn Valletta meta Mario Fontanella sab ruħu wiċċ imb’wiċċ ma’ Ibrhaim Kone, b’dan tal-aħħar isalva tajjeb.

Fis-26 minuta Hibernians għal darb’oħra perikolużi fuq il-kontrattakk meta x-xutt fil-baxx ta’ Wilfred Domoraud kien mdawwar f’corner minn Guarnone. Biex fis-36 minuta logħob, Hibernians fetħu l-iskor meta Jake Grech bidel il-ballun tajjeb ma’ Jurgen Degabriele u kkonkluda fil-baxx biex għamel l-iskor 1-0, riżultat li bi intemmet l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima ir-ritmu naqas xi ftit, bl-ewwel azzjoni perikoluża tasal fil-65 minuta għal Hibernians, meta l-konklużjoni minn tard il-kaxxa ta’ Jurgen Degabriele għaddiet ftit barra. Fis-70 minuta Valletta kienu perikolużi meta minn cross minn fuq il-lemin kien Eslit Sala li xellef bir-ras, b’Haris Dilaver jonqos milli jkompli għal ġewwa. Biex fit-80 minuta Valletta kisbu l-gowl tad-draw meta minn pass preċiż ta’ Curjuric kien is-sostitut Shaun Dimech li tefa’ fix-xibka għal skor finali ta’ 1-1.