Futbol Sport

Juventus isalvaw draw fl-aħħar minuti… Roma jwaqqfu lil Napoli

(Ritratt: EPA)

F’San Siro Juventus salvaw draw fl-aħħar minuti tal-partita fi tmiem drammatiku. Inter marru fil-vantaġġ fis-17-il minuta, meta x-xutt ta’ Hakan Calhanoglu ħabat mal-lasta, iżda kien l-attakkant prolifiku Edin Dzeko li rreaġixxa qabel kulħadd u tefa’ fix-xibka għal 1-0. Hekk kif kollox deher li se tkun rebħa għal Inter, Juventus ingħataw penalty fid-89 minuta meta Denzel Dumphries waqqa’ lil Alex Sandro fil-kaxxa, bir-referee jordna penalty. Mill-ħdax-il metru Paolo Dybala skorja u kiseb id-draw għal Juventus.

Roma waqqfu s-serje ta’ tmien rebħiet minn tmien partiti ta’ Napoli hekk kif fi Stadio Olimpico huma temmew fi draw ta’ 0-0. Matul il-partita tkeċċew iż-żewġ kowċis minn fuq il-bankini rispettivi tagħhom, b’Jose Mourinho jitkeċċa fil-81 minuta u Luca Spalletti fis-97 minuta. Minkejja dan id-draw Napoli baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika iżda jinsabu bl-istess punti daqs Milan, b’25 punt kull tim.

Fi Stadio Marcantonio Bentegodi, Verona kisbu rebħa sorprendenti ta’ 4-1 fuq Lazio. Verona fetħu l-iskor fit-30 minuta meta minn pass ta’ Gianluca Carpi kien Giovanni Simeone li kkonkluda fil-lasta. Huma rdoppjaw fis-36 minuta meta għal darb’oħra reġa’ kien Giovanni Simeone li din id-darba b’xutt minn barra l-kaxxa ikkonkluda fil-lasta. Lazio naqqsu d-distakk fis-46 minuta permezz ta’ Ciro Immobile, li tefa’ ġewwa wara pass ta’ Sergej MIlinkovic-Savic. Minkejja dan, Verona skorjaw it-tielet gowl fit-62 minuta meta Giovanni Simeone għaqqad il-hat-trick personali u kkonkluda għal ġewwa. Biex fit-92 minuta reġa’ kien Giovanni Simeone li skorja r-raba’ gowl personali u r-raba’ wieħed għat-tim u assigura rebħa ta’ 4-1 għal Verona.

SERIE A

Il-Ġimgħa Torino v Genoa 3-2, Sampdoria v Spezia 2-1, Is-Sibt Salernitana v Empoli 2-4, Sassuolo v Venezia 3-1, Bologna v Milan 2-4, Illum Atalanta v Udinese 1-1, Verona v Lazio 4-1, Fiorentina v Cagliari 3-0, Roma v Napoli 0-0, Inter v Juventus 1-1