Formula 1 Sport

Max Verstappen jirbaħ il-Grand Prix f’ Texas

(Ritratt: EPA)

Max Verstappen rebaħ il-Grand Prix ta’ Texas fl-Istati Uniti biex il-Belġjan fetaħ il-vantaġġ ta’ 12-il punt f’ras il-klassifika. F’temp sħun fid-deżert ta’ Texas, il-Grand Prix kienet waħda diffiċli għas-sewwieqa kollha bis-sewwieq u t-timijiet rispettivi, jkollhom jagħmlu waqfiet żejda minħabba s-sħana. Fit-tieni post temm l-Ingliż Lewis Hamilton li ma rnexxielux jtemm qabel Verstappen minkejja li kien fl-ewwel post għal xi waqtiet matul it-tellieqa.

Fit-tielet post temm is-sewwieq ta’ RedBull Sergio Perez segwit mis-sewwieq ta’ Ferrari Charles Leclerc. Fil-ħames post temm Daniel Ricciardo ta’ McLaren, b’Valtteri Bottas ta’ Mercedes itemm fis-sitt post. Carlos Sainz temm fis-seba’ post, segwit minn Lando Norris u Yuki Tsunoda fit-tmien u fid-disa’ post rispettivament.

Sebastian Vettel ta’ Aston Martin daħal fl-għaxar post, segwit mit-Taljan Antonio Giovinazzi fil-11-il post. Is-sewwieq Lance Stroll temm fit-12-il post filwaqt li Kimi Raikkonen ta’ Alfa Romeo temm fit-13-il post. George Russell u Nicholas Latifi ta’ Williams temmew fl-14 u fil-15-il post rispettivament, segwiti minn Mick Schumacher ta’ Haas. Fis-17-il post temm Nikita Mazepin, bis-sewwieqa Fernando Alonso, Esteban Ocon u Pierre Gasly ma jirnexxielhomx itemmu itemmu l-Grand Prix.