Lokali

Qegħdin jintbagħtu messaġġi qarrieqa f’isem il-Maltapost

Il-Pulizija għal darba’oħra qed terġa’ tavża lill-pubbliku biex joqgħod attent minn messaġġi qarrieqa li qegħdin jintbagħatu f’isem il-kumpanijja Maltapost.

Dan wara li l-Pulizija qegħdin mill-ġdid jirċievu diversi rapporti rigward dawn it-tip ta’ messaġġi li qegħdin jaslu għand diversi persuni, bil-konsegwenza li ċerti nies qegħdin jidħlu fuq il-link suġġerit mill-messaġġ u jħallsu għal pakketti tagħhom fuq website falza bl-istess isem tal-kumpanija Maltapost.

Il-Pulizija ddikjaraw li l-pubbliku għandu mill-ġdid joqgħod attent li ma jaqax għal din in-nasba u saħansitra jħassru l-messaġġ qarrieq li rċevew.

Tags