Futbol Sport

Real Madrid jegħlbu lil Barcelona fil-Camp Nou

(Ritratt: EPA)

Real Madrid rebħu l-ewwel El Classico tal-istaġun meta fil-Camp Nou għelbu lil Barcelona bl-iskor ta’ 2-1. Los Blancos fetħu l-iskor fit-32 minuta meta wara ballun fit-tul ta’ Rodrygo kien id-difensur laterali David Alaba li għeleb Andre ter Stegen għal 1-0. Real Madrid skojraw it-tieni gowl tagħhom fid-93 minuta meta wara li x-xutt ta’ Marcos Asensio kien salvat tajjeb minn ter Stegen, kien Lucas Vasquez li mit-tieni tentattiv tefa’ ġewwa għal 2-0. Barcelona skorjaw il-gowl ta’ konsulazzjoni fis-97 minuta meta minn cross ta’ Serginho Dest, kien Sergio Aguero li b’volley tajjeb għeleb lil Thibaut Courtois għal skor finali ta’ 2-1.