Lokali

Il-PM jibqa’ jżid mal-inċertezza; għat-tieni ġimgħa konsekuttiva ma jagħmilx l-intervent tiegħu tal-Ħadd

Aktar ma l-pajjiż qiegħed f’inċertezza dwar l-elezzjoni, aktar il-Prim MInistru qed iqajjem mistoqsijiet.

Dak li issa huwa d-drawwa ta’ kull nhar ta’ Ħadd, jiġifiieri l-intervent ta’ Robert Abela permezz ta’ attività poltika jew intervista imqar bit-telefon fuq il-media Laburista, bħalma ġara l-ġimgħa l-oħra, illum reġgħet ma saritx.

Dan kompla żied mal-mistoqsijiet ta’ ħafna dwar jekk il-Prim Ministru hux beħsiebu jsejjaħ elezzjoni bikrija jew le.

Nies fil-qasam tan-negozju qed jgħidu li l-Prim MInistru qed ikompli’ jinki lil ħafna bin-nuqqas ta’ stqarrija ċara dwar meta se jsejjaħ elezzjoni. Abela qed jaqla’ wkoll ħafna kritika mill-Korpi Kostitwiti li qed isostnu li n-nuqqas ta’ kjarezza minn naħa tiegħu qed ixxekkel in-negozju u qed toħloq instabbilità.

F’intervent qasir li għamel fuq it-televiżjoni aktar kmieni llum, l-editur tal-MaltaToday Kurt Sansone ukoll insista li Robert Abela għandu jaqta’ din l-inċertezza kemm jista jkun malajr u jkun ċar dwar dak li se jiġri b’rabta mal-elezzjoni.