Futbol Sport

Sirens jagħtu l-ewwel telfa lil Birkirkara

Birkirkara ………….. 2

Sirens ……………….. 3

Birkirkara: M.Fernandes, E.Pepe, L.Montebello, C.Bonanni (Y.Yankam 85′), P.Mbong (K.Bevis 85′), K.Zammit, F.Falcone, C.Attard, O.Carniello (E.Ruiz 46′), L.Aguirre, Macedo

Sirens: S.Mintoff, K.Reid, F.Brandan (A.Blanco 93′), D.Albanese, J.Walker, C.Zammit Lonardelli, A.Cini, V.Vieira (C.Borg 80′), A.Borg, C.Riascos (F.Avoce 68′), D.Jackson

Referee: D.Portelli

Assistenti Referees: D.Sultana, P.Apap

Fl-Istadium Nazzjonali, Sirens taw l-ewwel telfa tal-istaġun lil Birkirkara meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-2. Birkirkara marru fil-vantaġġ fit-13-il minuta meta Luke Montebello mill-ħdax-il metru ma żbaljax għal 1-0. Fid-39 minuta kien l-istess Luke Montebello li rdoppja għal Birkirkara meta kkonkluda fil-lasta u għeleb lil Sean Mintoff għal 2-0.

Minkejja dan fit-tieni taqsima Sirens wettqu rimonta ta’ tliet gowls. L-ewwel gowl tagħhom wasal fit-53 minuta permezz tal-attakkant Vitor Vieira. Huma kisbu l-gowl tad-draw fit-72 minuta permezz ta’ penalty ta’ Fernando Brandan. Biex fl-74 minuta Sirens skorjaw il-gowl tar-rebħa, meta kien l-attakkant eks Żejtun Kemar Reid, li kkonkluda wara Fernandes għal 3-2.

Sirens kellhom żewġ plejers imkeċċija, meta fit-80 minuta tkeċċa Degran Jackson filwaqt li fid-89 minuta tkeċċa l-attakkant Kemar Reid.

B’hekk Birkirkara issa baqgħu tliet punti wara Hibernians hekk kif ma għarfux jikkapitalizzaw fuq id-draw li kisbu aktar kmieni kontra Valletta. Min-naħa l-oħra Sirens telgħu fit-tielet post, tliet punti taħt Birkirkara, bi 11-il punt.