Sport Sport Ieħor

Waterpolo u Ġinnastika fi SPORT EXTRA

Illum mit-3.20 p.m ‘l quddiem fuq NetTelevision jixxandar it-tielet programm SPORT EXTRA għal dan l-istaġun.

Fl-ewwel parti tat-tielet Charles Camenzuli intervista lil ANTHONY FARRUGIA, kowċ nazzjonali tat-timijiet taż-żgħażagħ tal-waterpolo irġiel u nisa fejn kien analizzat dak kollu li dawn it-timijiet wettqu fix-xhur li għaddew fis-settur internazzjonali .

Fit-tieni parti tal-programm tiddomina l-ġinnastika fejn flimkien mal-kowċ NATALIYA PANTILEEVA u l-ġinnasti ELLA BORG u PHILIPPA BUSUTTIL wieħed jista’ jsegwi il-progress milħuq f’dan l-isport fl-aħħar parteċipazzjoni internazzjonali .

SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ CHARLES CAMENZULI għandu muntaġġi tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati minn Joe Sultana.