Internazzjonali

“Aktar minn nofs il-popolazzjoni tal-Afganistan ser ibatu l-ġuħ” – WHO

In-Nazzjonijiet Magħquda qed twissi li miljuni ta’ Afgani se jispiċċaw ibatu l-ġuħ fix-Xitwa li ġejja jekk ma tittiħidx azzjoni mmedjata.

Dan ifisser li aktar minn nofs il-popolazzjoni jiġifieri madwar 22.8 miljun ruħ .. ser jiffaċċjaw kriżi ta’ ġuħ, filwaqt li 3.2 miljun tifel u tifla taħt il-ħames snin jistgħu jsofru minn malnutrizzjoni.

Wara li f’Awwissu li għadda l-Afganistan mill-ġdid waqa’ f’idejn il-militanti Iżlamiċi tat-Taliban, l-ekonomija tal-Pajjiż kompliet tidgħajjef hekk kif il-pajjiżi tal-Punent waqqfulhom l-għajnuna finanzjarja.

Dan qed iwassal sabiex bosta Afgani issa qed ibiegħu dak li għandhom sabiex ikunu jistgħu jixtru l-ikel, filwaqt li l-pagi tal-impjegati taċ-ċivil u ħaddiema oħra qed jiġu miżmuma.