Knisja Lokali

BIL-FILMAT: Il-President jgħid li ż-żjara tal-Papa hija ppjanata għar-Rebbiegħa

Il-President tar-Repubblika George Vella dalgħodu qal lil Net News li ż-zjara ta’ Papa Franġisku hija ppjanata għar-Rebbiegħa.

George Vella qalilna li m’għandux aktar informazzjoni minn dik fid-dominju pubbliku iżda li meta l-Vatikan kien reġa’ lura fuq il-perjodu oriġinali ta’ Diċembru ta’ din is-sena, kien ta indikazzjoni li issa ż-żjara se tkun qed tiġi skedata għar-Rebbiegħa.

Madankollu din l-informazzjoni tikkuntrasta ma’ dak li kien ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, wara żjara fil-Vatikan, kien qal li l-Papa se jkun ġej Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena.

Jikkuntrasta wkoll ma dak li ħarep minn intervista mal-Papa nnfisu ppubblikata l-Ġimgħa fejn mistoqsi liema pajjiżi jixtieq iżur fl-2022, ħalla barra lil pajjiżna filwaqt li semma l-Congo, l-Ungerija, Papua New Guinea u East Timor.