Coronavirus Lokali

Covid-19: 13-il każ ġdid, ifiqu 21

Fl-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 13-il każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess żmien 21 persuna kienu meqjusa bħala li fiequ. Għaldaqstant, il-każi attivi issa niżlu għal 219.

Fortunatament ma kienx vittmi fl-aħħar 24 siegħa. In-numru ta’ persuni rikoverati l-Isptar b’sintomi tal-Covid-19 huma 13, b’erbgħa minnhom jinsabu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva

Sal-bieraħ ingħataw 44,830 doża tal-booster tal-vaċċin.