Sport Sport Ieħor

Evolve Endurance Club u AQA Capital b’inizjattiva’ kontra l-obeżita’

Evolve Endurance Club u AQA Capital Ltd ingħaqdu flimkien sabiex joħolqu programm ta’ taħriġ għal persuni li jridu jiġġiledu l-problema tal-obeżita’. Fil-programm ta’ 9 xhur, 20 parteċipant se jingħataw iċ-ċans li jbiddlu l-mod ta’ kif jgħixu ħajjithom, bil-programm se jkun iffinazjat minn AQA Capital Ltd.

Il-parteċipanti se jkollhom l-għajnuna ta’ kowċis li se jipprovdu t-taħriġ neċċessarju filwaqt li jsegwu l-parteċipanti b’mod kontinwu. Aktar minn hekk il-persuni li se jkun aġġudikati li tilfu l-aktar piż, se jingħataw premju ta’ €500.

Malta hija waħda mill-aktar pajjiżi bil-problema ta’ obeżita’, fejn kwart tal-popolazzjoni li għandha aktar minn 15-il sena, għandha l-problema tal-obeżita’.