Lokali Parlament

Gvern Nazzjonalista saħħaħ il-pensjonijiet kull meta kien fil-Gvern

Ivan Bartolo, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo sostna fil-parlament li kull meta kien fil-Gvern, il-PN dejjem saħħaħ il-pensjonijiet.

Ivan Bartolo sostna li l-Kummissarji llum għadhom iktar saħħa fis-soċjetà u ppropona li l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Anzjani għandu jingħata iktar appoġġ. Hu tkellem fuq l-importanza li l-politiċi jgħidu s-sewwa u sostna li l-politiċi m’għandhomx jitwaqqfu milli jgħidu s-sewwa. Il-Gevrn qed ifalli f’dan l-aspett u fil-miri finanzjarji tiegħu partikolarment fil-pensjonijiet.

Il-Gvern qed jipproġetta l-istess deficit; id-doppju ta’ dak li ppreveda. Minkejja dan, il-Gvern ammetta li ma wettaqx terz tal-miżuri tal-budget. Dan il-baġit ħalla €5 biljun, sostna Ivan Bartolo, li kompla li dan hu frott il-korruzzjoni li qed teffettwa lill-anzjani Maltin.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-gvern ma ħax ħsieb il-frontliners u ma kien hemm xejn biex titrażżan l-għoli tal-ħajja; liema effeti jħossuhom l-aktar l-anzjani. Iżda flus għall-Vitals u għall-Electrogas instabu waqt li d-dejn jiżdied b’€ miljuni kuljum. Il-gvern qed jirrikonoxxi li l-għoli tal-ħajja jeffettwa l-akta l-għoli tal-ħajja. Il-maġġoranza ta’ dawk li hma effettwati mill-faqar huma anzjani, sostna Ivan Bartolo, li kompla li l-PN qed jipproponi bilanċ fil-ħajja. Il-politika tal-Gvern hi li l-poplu jaħdem iktar biex forsi jlaħaħq.

Id-deputat Nazzjonalista qal li l-prodotti tal-ikel u l-mediċini huma l-aktar li qed jgħolew, skont kif inhu konfermat mill-istatistika uffiċjali tal-gvern. Hu sostna li hemm mediċini li ma jkoprux il-mard kollu bil-konsegwenza li hemm anzjani li jkollhom mediċini li jaqblux magħhom minkejja li dawn ikunu fil-formolarju tal-gvern. Dan għaliex il-mediċini fil-formolarju ma jkunux ta’ kwalità fil-konsegwenza li l-anzjani jkollhomx jixtru l-pilloli huma.

Ivan Bartolo kompla li fl-akkomodazzjoni soċjali l-Gvern ma qassam xejn fi tmien snin u issa qed jgħid li se jqassam il-mijiet ta’ djar. Mhux minnu li l-Gvern ta żieda sħiħa lill-pensjonati għaliex din ingħatat mill-Gvern Nazzjonalista fl-2008. Kien fl-2006 meta fil-pajjiż kien hawn l-inqas lista ta’ stennija għad-djar soċjali. Gvern Nazzjonalista kien daħħal klawsola fil-liġi biex il-pensjonijiet kollha jiżdiedu biż-żewġ terzi ta-għoli tal-ħajja. Iż-żieda tal-pensjoni baqgħet tgħola skont l-għoli tal-ħajja waqt li l-pensjonijiet tal-ritiraw żdiedu bi 8% meta l-inflazzjoni kienet ferm inqas.

Hu qal li bejn l-1987 u l-20013 iż-żieda fil-pensjoni baqgħet tgħola skont l-għoli tal-ħajja. F’dan il-perjodu il-pensjonijiet tal-irtirar komplew żdiedu b’medja ta’ iktar minn tmienja fil-mija fis-sena fl-istess waqt li l-inflazzjoni kienet ferm inqas. Dan kien jirrifletti b’aktar flus fil-but għall-anzjani tagħna. Dawn kienu żidiet kbar lill-pensjonanti bejn l-1987 u l-1994 li diffiċċli jinqbżu:

1987: Żieda lill-miżżewġin – €28.19 Żieda lil persuna waħdeha – €17.24 fil-ġimgħa

1993: Żieda lill-miżżewġin – €45.50 Żieda lil persuna waħedha – €29.94 fil-ġimgħa

1994: Żieda lill-miżżewġin – €50.75 Żieda lil persuna waħdeha – €34.10 fil-ġimgħa

1987/1994: Żieda lill-miżżewġin €22.50 jew 80 fil-mija. Persuna waħdeha żdiedet €17.36 jew 100.61 fil-mija fil-ġimgħa

Mill-1987 sal-1994 l-inflazzjoni żdiedet bi 17.66 fil-mija.

Il-pensjonanti marru ħafna aħjar għax kien fadlilhom iktar x’jonfqu. Illum hemm 25,637 anzjan f’riskju ta’ faqar fejn 2000 huma f’esklużjoni soċjali, spjega Ivan Bartolo, li kompla li fil-pajjiż hawn iktar minn 90,000 persuna f’riskju ta’ faqar. Il-ħajja qed isir ferm iktar diffiċli għall-anzjani.

Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kompla li Gvern ġdid Nazzjonalista għandu pjan kif itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani,