Huwa Kolp ta’ Stat dak li faqqa’ fis-Sudan hekk kif il-Prim Ministru tal-pajjiz Abdallah Hamdok u membri tal-Gvern Sudaniż ġew mahtufa minn darhom stess minn diversi persuni armati. Dan seħħ fi sfond ta’ kriżi politika kbira fil-pajjiż, illi waslet biex sahansitra jigi xolt il-Kunsill li jmexxi l-Gvern.
L-ahhar zviluppi jindikaw li fil-pajjiz gie dikjarat stat ta’ emergenza….filwaqt li mhux maghruf fejn qed jinzamm il-Prim Ministru wara li gie mahtuf.
Il-kriżi fis-Sudan bdiet wara t-tkeċċija tal-President Omar al-Bashir f’April tal-2019. Dan kien wassal ghal tensjoni kbira li qamet bejn il-militar u l-awtoritajiet ċivili, li ilhom minn dak iż-żmien jaqsmu l-poter tal-pajjiż bejniethom.
L-Assoċjazzjoni tal-Professjonisti Sudaniżi, il-grupp politiku ewlieni favur id-demokrazija fil-pajjiż, talab lin-nies biex joħorġu fit-toroq bħala tweġiba għal dan l-attentat ta’ kolp ta’ Stat.
Filfatt eluf ta’ demostranti ħarġu jipprotestaw f’Khartoum u Omdurman, fejn dehru jimblukkaw it-toroq u jagħtu n-nar lit-tyers hekk kif il-forzi tas-sigurtà użaw il-gass tad-dmugħ. Jidher ukoll illi minħabba din l-instabbilta’ l-internet inqata’ madwar il-pajjiż kollu.
Sadatant, ufficjali Sudanizi indikaw li l-Ministru tal-Industrija Ibrahim al Sheikh, il-Ministru tal-Informazzjoni Hamza Baloul, u konsulenti ohra tal-Gvern huma fost dawk li ġew arrestati u miżmuma flimkien mal- PM Hamdok.
