Lokali

Il-proposta tal-PN ta’ unit speċjali tad-due diligence “twassal għal ħafna vantaġġi”

Proposta interessanti ħafna u ta’ min wieħed jikkunsidraha..ghaliex fiha ħafna vantaġġi.

Hekk sostna ma’ Net News il-President tal-Istitut tal-Accountants David Delicata għall-proposta tal-Partit Nazzjonalista li jitwaqqaf unit speċjalizzat għal riċerka ta’ due diligence għal nutara, accountants, u professjonisti oħrajn.

Delicata spjega li pass bħal dan iwassal għal minimum level of standard għal kulħadd fejn għandu x’jaqsam dak li huwa magħruf bħala Know Your Client, jew aħjar KYC – prassi fejn nutara u accountants fost oħrajn ikollhom id-dettalji tal-klijenti tagħhom permezz ta’ proċeduri fejn il-professjonisti jivverifikaw l-identità tal-klijenti tagħhom.

Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista tindika li dan il-unit li jkun wieħed speċjalizzat u jagħti servizz b’ħeffa u preċiżjoni – ikun jagħmel ukoll pooling tar-riżorsi b’mod li jonqsu drastikament l-ispejjeż li jridu jħallsu l-professjonisti għal kull riċerka. Dan kollu bil-għan li jitneħħew il-piżijiiet u l-qtigħ il-qalb li nxteħtu fuqhom…partikolarment wara l-greylisting.

Fl-ahhar jiem… il-Kap Eżekuttiv tal-UĦM Voice of the Workers Josef Vella spjega ma’ Net News kif il-greylisting xeħet diversi piżijiet ġodda fuq l-industrija.

Tags