Internazzjonali

Intbagħtet il-ħabs wara l-qtil ta’ tifla ta’ 5 snin

Mara Musulmana Ġermaniża li ngħaqdet mal-grupp ISIS fl-Iraq intbagħtet 10 snin ħabs fi Munich wara li ġiet akkużata b’kompliċita’ fil-qtil ta’ tifla ta’ oriġini Kurda. It-tifla ta’ 5 snin ġiet kienet inxtrat mill-akkużata u minn żewġha bħala skjava.

Jennifer Wenisch ġiet ikkundanata b’kompliċita’ f’dan ir-reat, meta fl-2015 ħalliet lil żewġha jaħqar lill-iskjava tagħhom u ħallewha tmut bil-għatx …filwaqt li r-raġel rabatha b’katina barra f’xemx qawwija.

Ir-raġel tal-akkużata jinsab għaddej ġuri fi Frankfurt u l-verdett mistenni x-xahar id-dieħel.