Hekk kif bħalissa għaddeja it-42 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, il-Ħadd filgħaxija u matul il-jum tat-Tnejn bdew jaslu l-jottijiet fil-Port il-Kbir, b’madwar 100 jott għadhom fuq il-baħar. L-erba’ multihulls temmew b’suċċess it-tellieqa, bl-Argo, ta’ Jason Carroll, b’ħin ta’ 33 siegħa 29 minuta u 28 sekonda, fejn kiser ir-rekord preċedenti tat-tellieqa ta’ 47 siegħa 55 minuta u tliet sekondi, stabbilit mill-maxi monohull, Rambler, fl-2007.
Il-jott ta’ 30.48m/100 pied VPLP/Verdier Comanche (CAY) immexxi minn Mitch Booth huwa fuq quddiem wara li ħa l-unuri tal-linja monohull u stabbilixxa rekord ġdid ta’tiġrija monohull. Il-ħin ta’ Comanche ta’ 40 siegħa 17-il minuta u 45
sekonda.
Ino XXX (GBR) ta’ James Neville, fi Klassi Tlieta tal-IRC, ikompli l-ġlieda tiegħu mal-jott
Malti Artie III, b’Lee Satariano, Christian Ripard u Timmy Camilleri. Fost il-grupp fuq in-naħa t’isfel tal-korsa hemm ir-rebbieħ tar-Rolex Fastnet Race 2021,Sunrise.