Lokali

“Konrad Mizzi għandu jieqaf jinsulenta lill-poplu Malti u għandu jagħti kont ta’ għemilu” – Repubblika

“Konrad Mizzi għandu jieqaf jinsulenta lill-poplu Malti.  Nistennew ukoll li l-Parlament jirrispetta lill-poplu Malti u lilu nnifsu quddiem l-arroganza ta’ Konrad Mizzi.” Hekk saħqet l-Organizzazzjoni mhux Governattiva Repubblika fi stqarrija li ġiet ipubblikata t-Tnejn filgħodiu.

Repubblika qed tinsisti li Konrad Mizzi għandu jrabbi sinsla u jidher quddiem il-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubbliċi u jirrispondi għal għemilu bħala ministru.

Repubblika tfakkar li Konrad Mizzi huwa obbligat li jagħti kont ta’ għemilu bħala ministru lill-Parlament u lill-poplu Malti.

“Nistennew li Konrad Mizzi jaqta’ l-iskużi banali u infantili tiegħu u jieqaf jaħrab milli jagħti kont ta’ dak li għamel.  Min hu innoċenti ma jaħrabx.”

Repubblika sostni li l-Parlament kollu, il-Prim Ministru u n-naħa tal-Gvern, l-Oppożizzjoni u l-Ispeaker għandhom jieħdu pożizzjoni ċara u soda li Konrad Mizzi irid jirripsondi ta’ għemilu.  Jekk ma jagħmlux hekk, huma qed jonqsu minn dmirijithom u qed isiru kompliċi ma’ Konrad Mizzi fil-ħabi u fil-korruzzjoni.  

“Nistennew ukoll li l-Kummissarju tal-Pulizija jagħmel dmiru u jressaq ukoll lill-poplitiċi kollha li huma involuti fis-serq mill-poplu Malti permezz tal-korruzzjoni.”