Inċident traġiku bil-mutur sewa l-ħajja ta’ raġel ta’ nazzjonalità serba ta’ 53 sena.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-5.15pm bil-Pulizija tiġi infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li r-raġel kien tilef il-kontroll tal-mutur BMW li kien qiegħed isuq.
Hu waqa` u ġarrab ġrieħi serji.
Immedjatament is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku li wasal fil-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Sfortunatament madankollu, ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Dwar l-inċident inħatret inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Marseanne Farrugia filwaqt li għadhom għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.
//= $special ?>