Lokali

Stagno Navarra jxandar aħbarijiet foloz fuq Facebook

Il-portavoce ta’ Kastilja fuq il-midja Laburista, imħallas mil-linja tal-ajru tal-AirMalta, Karl Stagno Navarra ddeċieda li jkompli jimla’ l-imħuħ tal-poplu b’gideb u falsità wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Elezzjoni Ġenerali se jsejjaħha fl-2022…wara li ħalla lin-negozju ta’ pajjiżna mdendel bl-inċertezza sal-aħħar jum.

F’post li xeħet fuq Facebook, intitolata “Meta l-illużjoni tiltaqa’ mar-realtà”, Stagno Navarra ħass il-ħtieġa li jurina daqsxejn mill-illużjoni tiegħu.

Dan hekk kif skont il-post falza tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal-Oppożizzjoni ppublika kwotazzjoni li mal-Elezzjoni Ġenerali li jmiss se jkun hemm elezzjoni għal Kap ġdid tal-PN – b’Bernard Grech, skont il-kelliem ewlieni ta’ Kastilja, qal li jħoss għafsa ta’ qalb.

Dan l-aġir ta’ gideb u manipulazzjonijiet minn naħa ta’ Stagno Navarra issa qiegħed jindera mill-poplu – aġir li ma jġib xejn ħlief arja sħuna u animożita qalb il-poplu Malti u Għawdxi – bħal donnu li l-mouth piece tal-Mexxej tal-Labour, Robert Abela, jieħu gost ibella’ l-gideb lil niesu daqslikieku kien xi episodju traġikomiku.

Gideb kontinwu – li la taf jekk għandekx tidħaq jew tibki meta tarahom quddiem wiċċek.