Sport Sport Ieħor

“Tennisti mhux vaċċinati se jitħallew jilagħbu fl-Open tal-Awstralja” – WTA

L-Assoċjazzjoni tat-Tennis tan-Nisa, id-WTA, saħqet li tennisti li m’humiex vaċċinati se jitħallew jilagħbu fl-Open tal-Awstralja, iżda se jaffaċjaw ġimgħatejn ta’ kwarantina massima u testijiet regolari b’rabta mal-Covid 19. Aktar kmieni, Ministri fl-Awstralja kienu qalu li tennisti mhux vaċċinati ma kienux se jitħallew jipparteċipaw f’Jannar li ġej.

Minkejja dan f’ittra li tqassmet lit-tennisti, id-WTA saħqet li r-restrizzjonijiet fl-Awstralja se jitnaqqsu b’mod sinifikanti. Madwar 35% tat-tennisti rġiel m’humiex vaċċinati. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena madwar 1000 persuna, tennisti, uffiċjali u staff, kellhom jsegwu perjodu tta’ 14-il ġurnata fi kwarantina, b’bosta plejers jilmentaw dwar ir-restrizzjonijiet li affajċaw matul l-Open tal-Awstralja.