Lokali

Wara jiem sħaħ ta’ inċertezza, il-Prim Ministru jitkellem dwar l-elezzjoni ġenerali

Il-Prim Ministru jeskludi elezzjoni qabel l-aħħar tas-sena.

Dan ħareġ meta l-Prim Ministru kien qed iħabbar investiment ta’ kumpanija f’Ħal Far, b’Robert Abela jkun mistoqsi minn TVM dwar l-għidut ta’ elezzjoni ġenerali bikrija.

U issa, wara jiem sħaħ ta’ inċertezza, il-Prim Ministru stqarr li l-elezzjoni se tkun qed issir żgur fl-2022.

Intant il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech saħaq li b’mod irresponsabbli l-Prim Ministru stenna sal-aħħar minuta sabiex temm l-ispekulazzjoni dwar jekk hux se jsejjaħ elezzjoni ġenerali għall-2021 – sabiex ħoloq inċertezza għan-negozji.

Dan filwaqt li insista li tiġi meta tiġi l-elezzjoni, il-PN se jkun ippreparat bil-għan li jkompli jwettaq dmiru għal ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.