Sport Sport Ieħor

Zea Montfort tirbaħ l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-xahar għal Settembru

L-atleta tal-Għawm Artistiku Zea Montfort rebħet l-unur tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-xahar għal Settembru. Montfort ħadet sehem fl-ewwel edizzjoni tal-European Youth Artistic Swimming Championships li saru f’Rijeka, fil-Kroazja ix-xahar li għadda.

Zea Montfort rnexxielha tasal sas-semi finali, minkejja l-kompetizzjoni iebsa ta’ pajjiżi oħra, fejn rnexxielha wkoll tiġi fis-seba’ post fir-ranking tal-COMEN. It-trofew tal-Atlas Atleta Żagħżugħa tax-Xahar għal Settembru flimkien mal-abbiljament sportiv abbinat ma’ dan il-premju ġew ippreżentati lil Zea Montfort minn Matthew von Brockdorff, Managing Director u Chief Executive Officer ta’ Atlas Insurance.