Lokali Saħħa

Żvelati dokumenti sigrieti ta’ Steward li juru li d-deal tal-isptarijiet kien korrott

The Shift żvelat li Steward HealthCare, il-kumpanija li ħadet it-tlett sptarijiet pubbliċi f’Malta mingħand il-Vitals Global Healthcare, saħqet fil-Qorti li l-ftehim li spiċċa f’ħoġorha huwa mifni minn korruzzjoni u frodi.

Dan skont dokumenti ppreżentati fil-Qorti, dokumenti li s’issa kienu qed jinżammu mistura.

Dawn il-proċeduri huma b’rabta ma’ appell li għamlu Steward Heath Care kontra wieħed mill-investituri oriġinali tal-VGH.

Dan kollu jasal fi żmien kruċjali meta l-Gvern tal-Labour ilu xhur twal jkaxkxar saqajh ma’ Steward wara li dan id-deal kien ikkundannat minn bosta – b’xibka ta’ korruzzjoni direttament minn Kastilja.

Filwaqt li dawn l-isptarijiet għadhom ma ġewx irritornati lill-poplu Malti u Għawdxi, fl-aħħar diskors tal-budget ġie mħabbar li Steward se jingħataw €20 miljun fis-sena mit-taxxi tal-poplu sabiex imexxu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u l-Isptar Karin Grech.

Fi Frar 2022, il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, l-eks Prim Ministru Joseph Muscat, Konrad Mizzi u Keith Schembri mistennija jitilgħu jixhdu fil-Qorti b’rabta mad-dikjarazzjoni ta’ Steward li l-ftehim kollu bejn il-Gvern u VGH kien mifni b’korruzzjoni u frodi.