Lokali Qorti

16-il xahar ħabs wara li seraq flus minn ‘pouch’

Żagħżugħ ta’ 23 sena ġie kundannat 16-il xahar ħabs wara li ammetta li seraq ‘pouch’ li kien fih €350. Huwaqal li għamel dan biex jitma’ lilu nnifsu. L-Ispettur Andy Rotin akkuża lil Abdikadir Mohamud Caw-Ali residenti l-Ħamrun li seraq ‘pouch’ mingħand raġel fil-Marsa u li sar reċediv.

L-akkużat, li huwa ċittadin Somalu, wieġeb ħati tal-akkużi miġjubin kontrih meta tressaq il-Qorti. L-Avukat Daniel Attard, li rrappreżenta lil Abdikadir, irrimarka lill-Qorti li r-raġel kien ammetta fi stadju bikri tal-proċeduri, irritorna l-flus, kien bla xogħol u seraq il-flus biex jitma’ lilu nnifsu. Il-Maġistrat Doreen Clarke, li ppresiedit il-każ, tat sentenza fil-minimau tagħha, dik ta’ 16-il xahar priġunerija.