- Robert Cutajar, Deputat Nazzjonalista
Robert Cutajar, Deputat Nazzjonalista, tkellem dwar il-proposti għar-rigward tal-obeżità u qal li dak kollu li l-Kamra kienet qablet dwaru biex ikun approvat, illum ħames snin wara, baqa’ ma ddaħħalx fis-seħħ.
Għandu jkun hemm ir-rieda politika li din il-pjaga tal-obeżità tkun indirizzata b’mod serju. Din għandha tkun ġlieda favur aktar edukazzjoni kontra l-obeżità. L-obeżità li qed tiswa tant ħajjiet u li qed tikkaġuna tant u tant mard fost in-nies. Barra minhekk l-obeżità li qed tiswa’ tant flejjes lill-Kaxxa ta’ Pajjiżna.
Hu appella li jiddaħħlu l-Avviżi Legali li aktar minn ħames snin ilu l-Kamra kenet qablet dwarhom. M’għandu jkun hemm l-ebda problema biex dawk l-Avviżi Legali u dak kollu maqbul dwar il-ġlieda lill-obeżità jiddaħħlu fis-seħħ għall-ġid ta’ saħħet il-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>