Internazzjonali

Afganistan: Kriżi umanitarja bla tmiem

epa04001078 Immigrants disembark at the port of Pylos in Messinia, south Peloponnese, Greece, 25 December 2013. According to media reports, around 120 immigrants from Syria and Afghanistan were towed to the port of Pylos by a vessel when the boat carrying them lost control some 50 km off the coast of Kalamata city. All the migants were transferred safe to the local migrants reception center. EPA/NIKITAS KOTSIARIS

L-Afganistan, fil-preżent, qed jiffaċċja l-akbar kriżi umanitarja fid-dinja, bis-sitwazzjoni qed taqleb dejjem għall-agħar mindu l-militanti Iżlamiċi tat-Taliban ħatfu lura l-poter fil-pajjiż, f’Awwissu li għadda.

U waqt li l-familji Afgani qegħdin ibatu minn ġuh terribbli, il-pajjiż irid jiffaċċja sitwazzjoni ddisprata ta’ falliment finanzjarju. Dan meta twaqqfu l-fondi internazzjonali li kienu qed isostnu l-ekonomija fraġli tal-Afganistan, bid-dinja qed tiddibatti kif għandha tikkonfronta lir-reġim Talibani.

Sadanittant, in-Nazzjonijiet Uniti ħarġet twissija urġenti li miljuni ta’ Afgani se jilħqu jmutu f’każ li ma tintbagħatx immedjatament l-għajnuna lejn l-Afganistan.