Arsenal kwalifikaw għall-fażi li jmiss tal-Carabao Cup meta għelbu lil Leeds United 2-0. Arsenal kellhom jistennew sal-55 minuta biex jiftħu l-iskor permezz ta’ Calum Chambers. Eddie Nketiah għamilhom 2-0 fid69 minuta biex b’hekk aċċeta minn kwalifikazzjoni faċli għall-Gunners.
Chelsea minn naħa l-oħra kellhom jitħabtu mhux ftit biex kwalifikaw wara l-għoti tal-penalties kontra Southampton. Bil-partita tintemm fi draw ta’ 1-1, bil-gowl ta’ Chelsea jkun skorjat minn Kai Havertz filwaqt li ta’ Southampton jkun skorjat minn Che Adams, il-partita marret għall-penalties fejn kienu Chelsea li ħarġu rebbieħa 4-3.
Sunderland ukoll kwalifikaw bil-penalties fejn wara li l-partita kontra QPR intemmt fi draw ta’ 0-0 kien Sunderland li ħarġu rebbieħa 3-1.
CARABAO CUP
Illum: Arsenal v Leeds 2-0, Chelsea v Southampton 1-1 (4-3), QPR v Sunderland 0-0 (1-3) Għada: Burnley v Tottenham 8.45pm, Liecester v Brighton 8.45pm, Preston v Liverpool 8.45pm, Stoke v Brentford 8.45pm, West Ham v Man City 8.45pm