Sport Sport Ieħor

Artie III l-ewwel jott Malti li jidħol fil-Port il-Kbir

(Ritratt: Martin Agius)

Artie III kien l-ewwel jott Malti li jidħol fil-Port il-Kbir fir-Rolex Middle Sea Race. Il-jott li huwa mmexxi minn Lee Satariano, Christian Ripard u Timmy Camilleri daħal fid-9:34:44 ta’ dalgħodu u kien l-ewwel jott Malti li rnexxielu jtemm it-tellieqa ta’ 606 mil nawtiku.

It-tellieqa ta’ din is-sena offriet numru ta’ sfidi għal dawk li kienu qed jieħdu sehem. Ir-Rolex Middle Sea Race ta’ din is-sena se tibqa’ mniżżla fl-istorja hekk kif il-jott Argo waqqaf rekord ġdid meta rnexxielu jtemm f’ħin ta’ 33 siegħu 29 minuta u 28 sekonda.