16-il każ ġdid ta’ Covid-19 kienu reġistrati fl-aħħar 24 siegħa. Skont ċifri maħruġa mill-Ministeru tas-Saħħa, 13-il persuna oħra kienu meqjusa li fiequ. Għaldaqstant in-numru ta’ każi attivi issa tela’ għal 222.
Fl-aħħar sigħat żdiedet persuna oħra l-Isptar sabiex b’hekk it-total ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei b’sintomi tal-Coronavirus issa hu ta’ 14-il persuna, filwaqt li 4 minnhom qed jingħataw kura fl-ITU.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim sa nhar it-Tlieta ingħataw 46,099 dożi booster tal-vaċċin.
//= $special ?>