Lokali

FILMAT: Jott jieħu n-nar f’marina f’Tal-Pietà

Ħadd ma weġġa’ wara li jott li jinsab fil-marina ta’ Tal-Pietà ħa nar, b’membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Residenti li tkellmu ma’ Net News qalulna li nstemgħat splużjoni u ftit wara raw jott jaqbad, bid-dħaħen jidhru mill-inħawi tal-Port ta’ Marsamxett.

Persuni li tkellmu magħna qalulna li s-sidien tal-jott jinsabu fuq il-post u qed jassistu lill-uffiċjali biex anki tiġi taħt kontroll is-sitwazzjoni.

Aktar dettalji ‘l quddiem.


Ara l-filmat ta’ Facebook Live hawnhekk.