Internazzjonali

Greċja: Diversi tfal imutu fl-għarqa ta’ dgħajsa

Migrants are seen on an inflatable boat as local residents prevent them from disembarking in Lesbos island, on March 1, 2020. - Greece said Sunday it has blocked nearly 10,000 migrants at its border with Turkey, which opened its gates to Europe as tensions mount over its deepening conflict in Syria. Migrant numbers have swelled along the rugged frontier after Turkey's president Recep Tayyip Erdogan said it "opened the doors" to Europe in a bid to pressure EU governments over the conflict. (Photo by Aris MESSINIS / AFP) (Photo by ARIS MESSINIS/AFP via Getty Images)

Erba’ tfal fost grupp ta’ immigranti mietu mgħarrqin waqt li kienu qed jippruvaw jaqsmu mit-Turkija lejn il-Greċja. It-traġedja seħħet meta għerqet dgħajsa li kienet mgħobbija b’talanqas 30 immigrant ftit ‘il hinn mill-gżira Griega ta’ Chios.

Il-Greċja hi waħda mill-aktar rotot ‘favoriti’ għall-immigranti li jridu jaqsmu lejn l-Unjoni Ewropea bil-għan li jingħataw kenn politiku. Intant, il-vjaġġi perikolużi naqsu sew fl-aħħar snin u t-traġedji ta’ dan it-tip saru pjuttost rari.

Il-Ministru Grieg responsabbli mill-Immigrazzjoni, Notis Mitarachi, qal li l-erbat itfal kellhom bejn it-tlieta u l-14-il sena. Intant, 22 persuni oħra kienu salvati, fost rapporti li hemm talanqas immigrant nieqes fost in-nies abbord id-dgħajsa. Ma ngħatatx informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-immigranti.

Intant, il-Ministru Mitarachi tkellem dwar ‘l-isfruttar tal-immigranti mill-gruppi kriminali fil-Baħar Eġew’ u meta t-traffikanti qed jużaw id-dgħajjes li mhumiex attrezzati għal dawn il-vjaġġi. Dan wara li madwar għaxar bastimenti u żewġ ħelikopters assistew fis-salvataġġ tal-immigranti ‘il hinn minn Chios.