- Adrian Delia, Deputat Nazzjonalista
Adrian Delia, Deputat Nazzjonalista, beda biex faħħar id-diskors li kien għadu kemm għamel id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea għall-kuraġġ tiegħu li jitkellem b’mod personali dwar settur mill-aktar delikat.
Hu qal li fin-numri li joħorġu minn dan il-Baġit joħroġ ċar kemm il-Gvern se jkun qed jagħmel żidiet ta’ ammonti ta’ miljuni ta’ ewro għas-Settur tas-Saħħa. Fost l-oħrajn Stewart se jkunu qed jingħataw mas-€70 miljun… żieda qawwija ta’ aktar miljuni ta’ ewro maħsuba li jingħataw lil Stewart matul is-sena d-dieħla. Għaliex il-Gvern se jissokta b’din is-serqa lil Stewart?
Il-Partit Nazzjonalista jrid li jiżdied l-investiment fis-Saħħa imma mhux biex il-flus jingħataw lill-barranin li ngħataw tliet sptarijiet minn wara dahar il-poplu u barra minhekk dawn l-istess barranin mhux jingħataw is-servizzi li wieħed jistenna.
Hu qal li hi sitwazzjoni tal-waħx kif fl-isptarijiet immexxija minn Stewart qed jingħataw servizzi lil hinn milli mistenni. Mhux biss, iżda issa huma l-istess Stewart li qed jitkellmu kif dan il-kuntratt bejn il-Gvern u Vitals, oriġinarjament għal €60 miljun fis-sena, ma hemm l-ebda audit trail dwaru, l-ebda riċevuta u l-ebda dokument. Issa qed jingħad kif dan il-kuntratt twieled b’mod frawdalista u b’mod korrett.
Frodi u korruzzjoni mgeżwra – dan il-kuntratt li kien ingħata lil Vitals – ma kenux osservati l-ħtiġijiet tat-tendering pubbliku u ngħataw dan il-kuntratt il-Vitals.
Adrian Delia qal li fid-dawl ta’ aktar fatti xokkanti li qed jinħarġu dwar dan il-ftehim minn wara dahar il-poplu bejn il-Gvern Laburista u l-Vitals, tajjeb li wieħed jiftakar kif l-istess Deputat Prim Ministru Chris Fearne kien faħħar lill-Vitals li iżda fil-verità ma kellhom l-ebda esperjenza.
Issa Stewart qed jiddikjaraw fil-Qorti li l-kuntratt li sar ma’ Vitals kien wieħed frawdalenti u korrott. U issa dak il-kuntratt kien mgħoddi lilhom.
Adrian Delia qal li issa jiġi l-Gvern u fil-Baġit iżid is-somma għal
€70 miljun fis-sena li se jkunu qed jingħataw lil Stewart matul is-sena d-dieħla. Żieda ta’ xejn inqas minn €23 miljun oħra!
Hu qal li dan kollu ma jagħmilx sens. Il-Partit Nazzjonalista hu favur li jkun hemm akar investiment fis-Saħħa Pubblika, iżda mhux li jiġi d-Deputat Prim Ministru u bil-voti tiegħu jurina li dawn il-flejjes se jkunu qed jingħataw lil Stewart biex jagħmlu bihom li jridu. Min qed jgħid il-verità? Min qed jigdeb f’dan il-Parlament?
Miljuni ta’ ewro huma ttrasferiti lil Stewart filwaqt li din tkompli tfalli milli tagħti lura dak li suppost hi marbuta li tagħti lura lill-poplu Malti u Għawdxi.
Filwaqt li qal li l-Kap tal-Uffiċċju Legali ta’ Stewart tkeċċiet, issa qed jiġri li din qed tikxef dwar dak li ġara sa mill-kuntratt oriġinali ma’ Vitals… kixfet li kollox kien strumentalment miftiehem ma’ Kastilja.
Adrian Delia spjega li l-argument li għamel il-Prim Ministru xhur ilu – ċioè li se jqabbad grupp ta’ esperti biex jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa dwar din is-serqa – għaddew ħafna xhur iżda sa issa ma ssemma’ xejn b’mod konklussiv.
Adrian Dalia fakkar kif l-eks Ministru Konrad Mizzi kien iffirma kuntratt mal-baranin biex dawn jingħataw mal-€100 miljun kemm-il darba dan il-kuntratt jitwaqqa’ jew ikun itterminat. X’interess kellu l-eks Ministru Korrott Konrad Mizzi li jagħmel dan l-arranġament ma’ Stewart biex xorta waħda jingħataw dawn il-miljuni kollha minn fuq dahar il-poplu Malti u Għawdxi.
“Dan kollu twieled fil-frodi u fil-korruzzjoni u nagħmel stedina ri-infurzata lill-Prim Ministru u lid-Deputat Prim Ministru. Naf li veru tapprezzaw li dawn qed jisirqu lill-pajjiż. Għandkom kollox biex din is-serqa titwaqqaf. Ipproteġu lill-Malti u lill-Għawdxi. U għandha ssir ġustizzja ma’ min ippermetta li ssir din is-serqa ħalli dawn il-flus jintefqu biss għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>