Lokali Parlament

Il-gvern irid jikkontrolla l-ħsieb tal-artisti; problema għad-demokrazija

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-gvern irid jikkontrolla l-ħsieb tal-artisti; meta jsir dan tkun qed tinħoloq problema għad-demokrazija.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-kultura tinsab minsija mill-gvern u spjega li l-artisti huma professjonisti u jgħixu minn dan is-settur. Hu qal li l-gvern qed juri nuqqas kbir ta’ rispett lejn dan is-settur u m’għandux l-iċken idea ta’ x’jagħmlu l-artisti biex jagħtu l-aqwa prodott lill-poplu.

Fis-settur hemm nuqqas ta’ viżjoni, pjan fit-twil u linji gwida dwar il-COVID; dan is-settur għadu ma bediex jasal lejn in-normalità. Kif infetħu ċertu setturi iżda ma tantx protokoll biex jgħin lis-settur tal-kutlura? Din is-sitwazzjoni qed teffettwa ħafna lil dan is-settur. Qed jinħatru nies f’ċertu pożizzjonijiet li m’għandhomx il-kwalifiċi neċessarji.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dar l-ispazji u qalet li din hi problema kbira. Il-pajjiż għandu problema kbira anki fid-demokrazija minħabba li l-artisti għandhom il-kapaċità li jikkritikaw lill-politiċi; meta l-gvern ma jagħtix l-ispazji neċessarji biex dan isir il-pajjiż ikollu problema ta’ demokrazija. Il-pjan ta’ min irid jkkontrolla l-ħsieb tal-poplu jidher meta l-ħsieb tal-artiċi u atturi jkun imxekkel.

Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-Valletta Cultural Agency ngħatat €3.6 miljuni għax din hi mmexxijja minn persuna li jappoġġja lill-gvern meta fil-Belt diġà hemm awtoritajiet li jaħdmu fl-arti. Għall-Marsa kienu allokati bies €200,000 meta din kienet identifikata bħala l-Belt Kulturali ta’ Malta. Hi staqsiet x’baqa’ wara l-Belt Kulturali Ewropea u qalet li hemm biss €300,000 ivvotati għall-ispazji teatrali.

Hemm żewġ kumpaniji li bejniethom qed jokkupaw il-kalendarju fit-Teatru Manoel u m’hemmx spazju għal iktar nies biex jgħixu minn dawn l-ispazji. Dwar l-iskejjel taż-żfin, hi qalet li qed issir diskriminazzjoni qawwija fil-kuntest tal-liċenzja fejn hemm diskrepanza kbira li ma tapplikax għal kulħadd. Qed jintefgħu piżijiet kbar fuq l-amministraturi ta’ skejjel professjonali.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern qed jolloka l-fondi il ċirku żgħir ħafna fl-arti u l-kultura.

Dwar il-kunsilli lokali, hi qalet li mhxu veru li qed issir konsultazzjoni dwar l-inċineratur li se jsir fil-Magħtab. Il-gvern għandu obbligu li juri l-istudji li għandu dwar dan l-inċineratur. Hi qalet li minkejja li bit-triq bejn il-Gaħrgġur u n-Naxxar kienet saret traġedja meta waqgħet mara b’karozza u mietet, għadu ma sar xejn biex ikun eliminat dan il-periklu. Fin-Naxxar qed jinbena raħal ieħor ħdejn l-ispazju tat-Trade Fair iżda l-gvern mhux konxju tal-impatt li dan se joħloq.